Home News Letter Committee History 1905-1986 History recent years The Band Fireworks Factory Youth Section The Club Old Photos Links Videos & Photos

It-twaqqif mill-ġdid tal-Filarmonika Santa Marija fid-9 ta’ Awissu ta’ l-1986, ġab miegħu fervur u entużjażmu ġdid illi influwenza pożittivament il-ħajja soċjali u kulturali tal-Mosta.  Kien il-Ġimgha l-Kbira f’Marzu tal-1986, li l-banda l-ġdida għamlet l-ewwel dehra tagħha fil-publiku.  L-ewwel surmast kien is-Surmast Ronnie Debattista illi dam f’din il-kariga għal seba’ snin fejn wara ġie maħtur is-Surmast Pawlu Busuttil li kien Assistant Surmast. Fil-present is-surmast direttur hu Ray Sciberras.

Fi ftit żmien mir-rifondazzjoni, relattivament riċenti, il-banda stabbiliet ruħha bħala waħda mill-ewlenin tal-gżejjer Maltin.  L-impenn ewlieni jibqa’ l-parteċipazzjoni tal-banda fil-purċissjoni tal-Ġimgha l-Kbira bid-daqq ta’ marċi funebri u bis-sehem attiv fil-festi esterni ta’ Santa Marija.

Id-9 ta’ Awissu jitqies bħala "Jum il-Każin” u kull sena jiġi kkommemorat bid-daqq ta’ programm vokali u strumentali ġo pjazza rotunda u logħob tan-nar.  Marċijiet oħra jsiru lejliet u nhar l-Assunta u daqq ta’ innijiet matul il-purċissjoni.  Attrazzjoni partikulari li toħloq briju w’allegrija, li tat ħajja ġdida liċ-ċelebrazzjonijjet esterni u li saret l-aktar attività mlewna u popolari hija l-marċ li jsir filgħodu fil-15 ta’ Awissu.  Dan isir bl-inizjativa tas-Soċjetà, beda fl-1984 u mill-1985 baqa’ jsir mill-Filarmonika Santa Marija.

Click on the gray arrows to view more photos.

.